Siefer bl-Apparat Sportiv.

Kemm jekk beħsiebek tiġi Malta biex tipprattika xi sport, ngħidu aħna, biex timxi, togħdos, tixxabbat mal-blat, u ddur bir-rota, u kemm jekk se titlaq minn Malta bl-apparat sportiv tiegħek, aħna hawn biex nagħmlulek ix-xewqa avventuruża tiegħek realtà. Għandna xi għażliet għalik.

In-nolijiet għat-Tagħbija Sportiva (Ewro/CHF/GBP):

(Prezzijiet bl-Ewro/CHF/GBP) 20kg 32kg
Online €40 €43
Metodi Oħra* €44 €48
Mill-Ajruport €50 €70

*Metodi Oħra: L-Uffiċċju għall-Bejgħ u l-Appoġġ tal-Klijent

**Japplikaw xi tariffi għat-titjiriet operati minn KM Malta Airlines biss, li huma indikati għal kull titjira mhux bir-ritorn.

***Jekk il-bagalja tkun itqal mil-limitu abbinat mal-biljett tiegħek, tintalab tħallas tal-piż żejjed fiċ-check-in.

Titjiriet Konnessi 20kg 32kg
Titjiriet Ewropej €75 €100
Titjiriet ’il barra mill-UE €100 €120

*Applikabbli għat-titjiriet konnessi bbukkjati fuq l-istess biljett u valida sad-destinazzjoni finali. Il-prezzijiet imsemmija huma għal traġitt f’direzzjoni waħda.


KIF TIBBUKKJA

Meta tibbukkja, żid l-apparat sportiv mat-titjira tiegħek permezz tal-Uffiċċju għall-Bejgħ tagħna fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, jew b'telefonata fuq +356 2135 6000.

L-oġġetti t'hawn taħt jgħoddu mal-apparat sportiv. Għandhom jinżammu f'kontenitur b'saħħtu u jintbagħtu mal-bagalji miċ-check-in tal-ajruport:

  • Affarijiet tas-sailing
  • Armi tan-nar (skopri iktar info dwar il-ġarr tal-armi tan-nar, hawn)
  • Blalen tal-bowling (sa erba' blalen u ż-żarbun)
  • Roti
  • Skis tal-ilma
  • Apparat biex tiddendel (Abseiling)
  • Apparat tal-cricket
  • Apparat tal-fencing
  • Apparat tal-futbol
  • Apparat tal-għadis
  • Apparat tal-golf
  • Apparat tal-hockey
  • Apparat tal-iskijar
  • Apparat tal-isparar bil-qaws
  • Apparat taż-żfin
  • Apparat tal-kitesurfing
  • Apparat tal-krokè (Croquet)
  • Apparat tat-tennis
  • Apparat tat-tixbit mal-blat (Rock Climbing)

ĦU NOTA.

  • L-oġġetti li mhumiex imniżżla hawn fuq huma suġġetti għall-ispejjeż normali tat-tagħbija żejda. Skopri iktar hawn.
  • It-tagħmir sportiv għandu jiġi ppakkjat separatament.
  • Il-piż massimu għal kull basket m’għandux jaqbeż it-32kg. L-użin tal-bagalji li jaqbeż il-limitu intitolat jitqies bħala tagħbija żejda, u b’hekk tintalab tħallas il-miżata għall-piż żejjed meta tagħmel iċ-check-in.
  • Il-miżati u l-kundizzjonijiet imsemmija jgħoddu għat-titjiriet tal-KM Malta Airlines biss. Għall-vjaġġi interlinji li jinvolvu l-ġarr kemm f’titjiriet operati mill-KM Malta Airlines kif ukoll minn linji tal-ajru oħra, ir-regoli tal-linji tal-ajru l-oħra, f’ċerti każijiet, għandhom imnejn jgħoddu wkoll.
  • Il-bagalji tiegħek jista’ jkollhom marki kkawżati mill-użu, riżultat tal-immaniġġjar tal-bagalji. Għalhekk, navżawk biex tuża bagalji ta’ kwalità xierqa u li jservu biex ikunu jifilħu għat-tali proċessi tal-immaniġġjar tal-bagalji. Aqra iktar dwar ir-regolamenti tagħna fuq Bagalji Mkissra.

Jekk għandek xi mistoqsijiet,  jekk jogħġbok ikkuntattja t-taqsima tal-klijenti tagħna għall-għajnuna: +356 21356 000.

Tagħbija Speċjali
Skopri Iktar