Il-Kundizzjonijiet tan-Nolijiet u l-Klassijiet tal-Kabina
Sir af in-Nolijiet u l-Klassijiet tal-Kabina tagħna.
Eleva t-Titjira Tiegħek
Ibbukkjajt diġà biljett tal-KM Malta Airlines għall-Klassi Economy u tixtieq tgawdi mill-benefiċċji tas-servizzi ta’ matul it-titjira tal-Klassi Business tagħna għat-titjira li jmissek?
Ordna l-Ikel Speċjali
Esplora l-firxa wiesgħa ta’ ikliet speċjali. Biex tibbukkja l-ikel speċjali għalik, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Appoġġ tal-Klijent tagħna fuq +356 2135 6000 jew fuq help.kmmaltairlines.com.
Il-passiġġieri kollha tagħna tal-Klassi Business igawdu minn:
- Ikla esklussiva għall-Klassi Business
- Għażla kumplimentarja ta’ xorb
- Bil-pultruna tan-nofs battala għal iktar spazju lussuż
- Prijorità fiċ-check-in u fl-imbarkazzjoni
- Servizz abbord personalizzat
- Pultruni komdi tal-ġilda bi spazju ġeneruż
apparti mill-benefiċċji tan-nol imsemmi hawn.
Ikel tal-Klassi Business
Inħossuna tassew kburin meta nippreżentaw offerta esklussiva magħmula apposta għall-klijentela apprezzata tagħna tal-Klassi Business. Imnebbaħ mill-madum għani tal-kultura Maltija, mit-tradizzjonijiet, u mill-pajsaġġi naturali, il-menù tagħna mħejji b’mod speċjali jirrifletti l-essenza ta’ wirtna.

Il-prijorità tagħna hija li nwasslu l-istess livell ta’ kwalità u togħma li wieħed kieku jistenna minn restorant tradizzjonali. Biex niksbu dan, aħna nagħżlu bir-reqqa ingredjenti ta’ kwalità għolja u niffukaw li nippreżentaw il-platti tagħna b’attenzjoni għad-dettall, filwaqt li nesebixxu l-kċina Maltija – li hija aspett ewlieni tal-offerti kulinari tagħna.
Biex ninkorporaw it-togħmiet lokali, aħna nużaw varjetà ta’ ħwawar lokali mill-Mediterran, kif ukoll iż-żebbuġ lokali u l-ġbejniet, ġobon tradizzjonali Malti. Aħna sseħibna ma’ għadd ta’ bdiewa u produtturi lokali li jwasslulna l-prodotti friski. Dan jiżgura li nġibu ingredjenti bl-ogħla kwalità u li nappoġġjaw lill-komunità lokali.


B’qima lejn il-ħila tas-sengħa Maltija, id-disinn tal-madum li jfakkar fis-seħer ta’ gżiritna jsebbaħ il-mejda, ikkumplimentata bid-dvalji li jirriflettu l-lewn tal-ġebla mrammla naturali ta’ Malta, filwaqt li kull boqqa mill-maggijiet imżejna bil-salib ta’ Malta tfakkar fil-wirt tagħna. Aħna nistednuk tinżel fil-fond tat-tradizzjoni filwaqt li nippreżentawlek it-taħlita ta’ ħall balsamiku u żejt taż-żebbuġa fi skutella li hi replika ċkejkna taż-żinġla ikonika magħmula miċ-ċeramika Maltija, użata tradizzjonalment biex fiha tintgħaġen il-famuża għaġina Maltija.
Biex nelevaw l-esperjenza tal-pranzu tiegħek, ħsibna bir-reqqa li jkun hemm disponibbli għażla ta’ xarbiet kumplimentarji li jvarjaw minn inbid delizzjuż aħmar u abjad magħmul minn għeneb imkabbar lokalment, sa cocktails, xorb mhux alkaħoliku, u meraq tal-frott.
L-Informazzjoni fuq in-Nolijiet tal-Klassi Business
Business Basic
Basket żgħir (40x34x18cm) |
|
Bagalja tal-idejn (40x55x25cm) |
10kg
|
Bagalja fl-istiva |
|
Business Value
Basket żgħir (40x34x18cm) |
|
Bagalja tal-idejn (40x55x25cm) |
10kg
|
Bagalja fl-istiva |
20kg
|
Business Plus
Basket żgħir (40x34x18cm) |
|
Bagalja tal-idejn (40x55x25cm) |
10kg
|
Bagalja fl-istiva |
32kg
|
Business Flex
Basket żgħir (40x34x18cm) |
|
Bagalja tal-idejn (40x55x25cm) |
2x8kg
|
Bagalja fl-istiva |
2x32kg
|

L-iskedar tat-titjira
Sib l-aqwa titjiriet għall-vjaġġ tiegħek.

Issieħeb fil-KM Rewards
Akkwista l-benefiċċji esklussivi u ikseb il-premjijiet kull darba li ttir, u ħafna iktar!