
Bagalji Żejda
Żid aktar bagalji ħalli jkollok fejn tqiegħed dak li xtrajt.

Tariffi għall-Bagalji b'Piż Żejjed
Ibqgħu aġġornati fuq it-tariffi marbutin mal-bagalji jiżnu aktar mil-limitu.
ŻID IKTAR BAGALJI
Il-limitu ta' bagalji hu ddeterminat mit-tip tal-biljett tal-ajru li tixtri. Jekk tkun tixtieq iżżid xi bagalja, tista' tagħmel dan:
- Permezz tal-buttuna, 'Immaniġġja l-Buking'
- Billi żżid iktar tagħbija meta tibbukkja
- Billi ċċempel lill-Appoġġ tal-Klijent tagħna fuq +356 2135 6000
- Billi żżur l-Uffiċċju għall-Bejgħ fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta
Ir-rati fissi ta’ hawn taħt jgħoddu meta żżid iktar tagħbija (il-miżati murija huma bl-EUR/GBP/CHF):
Mill-Website tal-KM
Sa 5 sigħat qabel it-tluq
*Priority (10kg Bagalja tal-Idejn + l-Imbarkazzjoni) |
€25
|
Sa 15-il kg ta’ tagħbija fl-istiva |
€25
|
Sa 20 kg ta’ tagħbija fl-istiva |
€36
|
Sa 32 kg ta’ tagħbija fl-istiva |
€39
|
B'Mezzi oħra tal-KM**
Sa 5 sigħat qabel it-tluq
*Priority (10kg Bagalja tal-Idejn + l-Imbarkazzjoni) |
€27
|
Sa 15-il kg ta’ tagħbija fl-istiva |
€30
|
Sa 20 kg ta’ tagħbija fl-istiva |
€40
|
Sa 32 kg ta’ tagħbija fl-istiva |
€43
|
B'Mezzi mhux tal-KM
Sa 5 sigħat qabel it-tluq
*Priority (10kg Bagalja tal-Idejn + l-Imbarkazzjoni) |
N/A
|
Sa 15-il kg ta’ tagħbija fl-istiva |
€40
|
Sa 20 kg ta’ tagħbija fl-istiva |
€50
|
Sa 32 kg ta’ tagħbija fl-istiva |
€70
|
*Limitati f'kull titjira. Possibbli biss mal-biljetti Economy Sale, Economy Basic, u Economy Value. Dawk bil-biljetti Economy Plus jistgħu jżidu l-imbarkazzjoni ta' prijorità għal €5 u jiggarantixxu li jtellgħu magħhom abbord il-bagalja tal-kabina.
**Mezzi Oħra tal-KM: L-Uffiċċju għall-Bejgħ u l-Appoġġ tal-Klijent
Il-miżati ta’ hawn fuq jgħoddu biss għat-titjiriet operati mill-KM Malta Airlines. Il-miżati qegħdin għal kull titjira minn punt sa punt.
ĦWEJJEĠ LI GĦANDEK TINNOTA
- Bagalji u oġġetti li jiżnu aktar minn 32KG jitqiesu merkanzija u ma jinġarrux bl-ajruplan tal-passiġġieri. Il-piż massimu tal-bagalji permess jista' jvarja f'titjiriet ta' linji tal-ajru differenti. Tagħrif fuq hekk tiksbu mis-siti tal-linja tal-ajru li tkun se ssiefer magħha.
- Qis li twaħħal tikketta b'ismek u bil-mezzi tal-kuntatt tiegħek ma' kull bagalja li ma tkunx se ttella' miegħek fuq l-ajruplan qabel tagħmel iċ-check-in tagħhom.
- Il-bagalji tiegħek jista’ jkollhom marki kkawżati mill-użu, riżultat tal-immaniġġjar tal-bagalji. Għalhekk, navżawk biex tuża bagalji ta’ kwalità xierqa u li jservu biex ikunu jifilħu għat-tali proċessi tal-immaniġġjar tal-bagalji. Aqra iktar dwar ir-regolamenti tagħna fuq Bagalji Mkissra.
- Tista’ tixtri online sa 10 basktijiet li jitqiegħdu fl-istiva kemm matul il-proċess tal-buking jew iktar tard permezz tas-sezzjoni, “Immaniġġja l-Buking Tiegħi”. Iktar basktijiet li jaqbżu dan il-limitu jistgħu jinxtraw biss permezz tat-tim tagħna għas-Servizz tal-Klijent.
Titjiriet Konnessi | 20kg | 32kg |
---|---|---|
Titjiriet Ewropej |
€75
|
€100
|
Titjiriet ’il barra mill-UE |
€100
|
€120
|
*Applikabbli għat-titjiriet konnessi bbukkjati fuq l-istess biljett u valida sad-destinazzjoni finali. Il-prezzijiet imsemmija huma għal traġitt f’direzzjoni waħda.
IL-MIŻATI FUQ BAGALJI B’PIŻ ŻEJJED
Jekk jogħġbok kun af li fil-gate li timbarka minnha, aħna naċċettaw biss il-ħlasijiet permezz tal-karti tal-kreditu, f’każ ta’ tagħbija b’piż żejjed. Il-ħlasijiet kontanti jistgħu jsiru biss mal-gate taċ-check-in.
BAGALJI TA' FUQ L-AJRUPLAN (Basket żgħir + Bagalja tal-Kabina)
Jekk il-bagalja tal-kabina tiegħek tkun tiżen aktar mil-limitu permess jew ikollha qies ikbar milli suppost, ikollok tibgħatha mal-bqija tal-bagalji u l-piż tagħha jiżdied mal-piż totali li tista' ġġorr fil-bagalji li ma ttellax miegħek fuq l-ajruplan. Jekk taqbeż dan il-piż massimu, tintalab tħallas tariffa skont ir-rata tal-ajruport li tkun fih (il-miżati li jidhru huma bl-EUR/GBP/CHF):
Tariffi għall-Bagalji b'Piż Żejjed | |
---|---|
Sa massimu ta’ 15-il kg ta’ Tagħbija fl-Istiva |
€40
|
16kg - 20kg ta’ Tagħbija fl-Istiva |
€50
|
21kg - 32kg ta’ Tagħbija fl-Istiva |
€70
|
Il-passiġġieri tal-Economy Value li ma jagħmlux iċ-check-in tal-bagalja tagħhom tal-10kg li titgħabba fl-istiva jkunu suġġetti għal miżata ta’ €25 mal-gate tal-imbarkazzjoni.
Il-passiġġieri li jkunu bil-basket tal-kabina fil-gate tal-imbarkazzjoni bla ma jkunu ħallsu għall-priority ikunu suġġetti għal miżata ta’ €55.
BAGALJI LI MA TTELLAGĦHOMX FUQ L-AJRUPLAN
Jekk it-tagħbija tal-istiva tiegħek tkun tiżen iktar minn dak permess skont il-biljett tiegħek, mela inti jkun jeħtieġlek tħallas iżjed maċ-check-in fl-ajruport. Jintalab ħlas ta’ €10 għal kull kg (GBP/CHF) maċ-check-in fuq tagħbija li taqbeż il-limitu tiegħek intitolat.
Il-limitu massimu tal-piż għat-tagħbija fl-istiva huwa ta’ 32kg. Oġġetti għat-tagħbija li jkunu jiżnu iktar minn 32kg ma jiġux aċċettati bħala tagħbija fil-kabina jew fl-istiva, u jkun jeħtieġ jintbagħtu bħala tagħbija-merkanzija (cargo).
Mhux permess li tieħu mill-piż li ma jkunx uża ħaddieħor.