Check-In u Imbarkazzjoni

Titjiriet Konnessi

Terminals tal-Ajruport

Check-in u Imbarkazzjoni

Biex nissimplifikaw il-vjaġġ tiegħek magħna, aħna noffru għażliet konvenjenti għaċ-check-in: online jew fl-ajruport.

IĊ-CHECK-IN ONLINE


Jiftaħ 24 siegħa qabel it-tluq.

Iċ-check-in online huwa disponibbli fl-ajruporti ta’ hawn taħt, u jippermettilek taqbeż il-kjuwijiet taċ-check-in u tipproċedi malajr lejn il-gate għall-imbarkazzjoni jew biex tgawdi mill-aċċess għas-swali iktar bil-ħeffa.

  • Amsterdam
  • Brussell
  • Dusseldorf
  • Istanbul
  • Katanja
  • Londra, Gatwick
  • Londra, Heathrow
  • Lyon
  • Madrid
  • Malta
  • Milan, Linate
  • Munich
  • Pariġi, Charles de Gaulle
  • Pariġi, Orly
  • Praga
  • Ruma, Fiumicino
  • Vjenna
  • Zurich

Iċ-check-in online għal titjiriet li jitilqu minn Berlin bħalissa mhumiex disponibbli.

Jekk għandek it-tagħbija għall-istiva, inti tista’ tagħmel iċ-check-in online u meta tasal fl-ajruport mur fil-kuritur tagħna fil-post fejn tħalli t-tagħbija tiegħek (fil-Bag Drop).

 

IĊ-CHECK-IN FL-AJRUPORT


Għall-passiġġieri li ma għandhomx aċċess għall-internet jew li jeħtieġu jagħmlu ċ-check-in tal-bagalja tagħhom, l-istaff utli tagħna fl-ajruport ikun qed jassistik u joħroġlok il-biljett tal-imbarkazzjoni tiegħek. Jekk jogħġbok kun żgur li tasal għall-inqas sagħtejn u nofs qabel it-tluq.

Meta tasal kmieni fit-terminal tat-tluq tiżgura li inti teħles milli toqgħod iġġorr il-bagalja tiegħek tal-istiva u b’hekk tasal iktar malajr fejn il-gate tal-imbarkazzjoni.

 

*Iċ-check-in fl-ajruport ta’ Istanbul jagħlaq 60min qabel it-tluq għall-passiġġieri tal-Klassi Economy u 45min qabel it-tluq għall-passiġġieri tal-Klassi Business.

Titjiriet Konnessi

Bħala l-linja nazzjonali tal-ajru ta’ Malta, aħna ngħaqqdu miljuni ta’ nies ma’ bliet kbar fl-Ewropa, u f’kollaborazzjoni mal-imsieħba tal-linji tal-ajru tagħna, nestendu dan ma’ għadd ta’ destinazzjonijiet madwar id-dinja.

IL-ĦIN GĦALL-KONNESSJONI


Il-ħin meħtieġ għall-konnessjoni jvarja f’kull ajruport li tgħaddi minnu. Staqsi dwar dan lil-linja tal-ajru jew lill-aġenzija li magħha qtajt il-biljetti tiegħek biex tiżgura li fhimt kemm għandek bżonn ħin biex taqbad it-titjira ta’ wara.

Jekk qtajt il-biljetti tat-titjira tiegħek b’mod separat, il-linja tal-ajru tkun responsabbli biss għat-titjira mniżżla fuq il-biljett li lilha tkun qed topera.

Biex tkun tista’ tivvjaġġa, inti għandek tkun ħdejn il-gate għall-vjaġġ li jkun imissek għall-inqas 20 minuta qabel ma t-titjira konnessa tkun se titlaq. Dan jaf ukoll ivarja skont il-linja tal-ajru/l-ajruport.

 

AGĦMEL IĊ-CHECK-IN


Jekk ibbukkjajt it-titjiriet konnessi tiegħek flimkien, jiġifieri, għandek referenza waħda tal-buking bl-istess numru tal-biljett, inklużi iż-żewġ segmenti/is-segmenti kollha tat-titjiriet, inti tista’ tagħmel iċ-check-in għalik u għall-bagalji tiegħek f’daqqa. Dan jippermettilek taqbeż l-istadju taċ-check-in fl-ajruport li minnu trid tgħaddi għat-titjira konnessa tiegħek.

Jekk ibbukkjajt it-titjiriet tiegħek fuq biljetti separati jew għamilt biss iċ-check-in tal-ewwel titjira tiegħek, wara l-inżul ikun jeħtieġlek:

  • Issegwi s-sinjali li jwassluk għall-ġbir tal-bagalji (Baggage Reclaim) u tiġbor il-bagalji tiegħek tal-istiva (jekk ikollok)

  • Mur fiż-żona taċ-check-in jew mad-desk tat-trasferiment (transfer desk) tal-linja tal-ajru li tkun se topera t-titjira konnessa tiegħek

  • Agħmel iċ-check-in għat-tieni titjira tiegħek u imxi lejn il-gate tal-imbarkazzjoni

Jekk jogħġbok kun af li f’dawn il-każijiet m’intix intitolat li tibbukkja mill-ġdid, jekk jiġri li titlef il-konnessjoni.

Jekk għandek xi dubju, jekk jogħġbok staqsi lil xi membru tal-istaff mad-desk taċ-check-in jew lill-Uffiċċju għall-Bejgħ fil-bidu tal-vjaġġ tiegħek.

 

IT-TAGĦBIJA PERMESSA


Il-passiġġieri li jivvjaġġaw lejn/minn Malta permezz ta’ titjira konnessa ma’ linja tal-ajru oħra huma intitolati għat-tagħbija permessa skont il-linja tal-ajru li tkun se topera l-itwal titjira.

Għall-kundizzjonijiet dwar in-nolijiet tal-KM Malta Airlines, sib iktar informazzjoni hawn.

 

JEKK TITLEF TITJIRA KONNESSA


Jekk titjira li tkun ittardjat twasslek biex ittellfek it-titjira konnessa ma’ linja tal-ajru oħra, inti għandek tiġi provdut b’rotta alternattiva biex tasal fid-destinazzjoni finali tiegħek. Madankollu, jekk l-itinerarju tiegħek ikun fuq biljetti separati, aħna nkunu responsabbli biss għall-vjaġġ tiegħek sad-destinazzjoni mniżżla fuq il-biljett tiegħek.

Jekk ibbukkjajt it-titjira konnessa tiegħek b’mod separat ma’ linja tal-ajru oħra, jekk jogħġbok ikkuntattja lil-linja tal-ajru li magħha tkun ibbukkjajt it-titjira tiegħek.

Aqra iktar hawn.

It-Terminals

Fit-terminals apposta tagħna, aħna nagħtu prijorità lill-konvenjenza u s-sigurtà tiegħek billi noffru firxa ta’ kumditajiet moderni u servizzi biex niżguraw li l-vjaġġ tiegħek ikun komdu kemm jista’ jkun possibbli.

Kemm jekk sejjer għal avventura ġdida kif ukoll jekk sejjer lura d-dar, it-terminals tagħna huma magħmula biex jipprovdulek check-ins effiċjenti, proċeduri tas-sigurtà malajr, u spazji miftuħa għar-rilassament. Skopri t-terminals użati mill-KM Malta Airlines u li permezz tagħhom, l-esperjenza trankwilla u komda tal-vjaġġ tiegħek tkun l-ikbar prijorità tagħna.

Airport Terminal
Amsterdam *
Berlin 1
Brussels *
Paris Charles de Gaulle 2D
Catania C
Dusseldorf A or B
Rome Fiumicino 1
Istanbul *
London Gatwick South
London Heathrow 4
Milan Linate *
Lyon 1
Madrid 1
Malta *
Munich 2
Paris Orly 2
Prague 2
Vienna 1
Zurich *

L-ajruporti mmarkati b’* għandhom terminal wieħed biss.