Jekk xi ħaġa mit-tagħbija tiegħek fl-istiva tkun nieqsa jew bil-ħsara mal-wasla fl-ajruport tad-destinazzjoni tiegħek, jekk jogħġbok irrapporta dan minnufih lil xi membru tal-istaff jew rappreżentant tal-KM Malta Airlines mad-desk tagħna għas-Servizzi tal-Bagalji fiż-Żona tal-Ġbir tal-Bagalji. Għandu jimtela minnufih ir-Rapport dwar l-Irregolarità tal-Proprjetà (PIR) mad-Desk għas-Servizzi tal-Bagalji fiż-Żona tal-Ġbir tal-Bagalji, u għandha tiddaħħal talba kif meħtieġ. Ir-responsabbiltà tagħna għal bagalji mitlufa, ittardjati, jew imkissra taf tkun limitata mill-konvenzjonijiet internazzjonali sakemm ma jkunx iddikjarat valur ogħla bil-quddiem u mħallsa ħlasijiet addizzjonali. Jingħata parir lill-passiġġieri biex jiksbu assigurazzjoni privata għall-ivvjaġġar. Kunu afu li l-assiguratur se jitlobkom ir-rapport maħruġ mill-KM Malta Airlines mal-wasla tagħkom. |
Jekk il-bagalja tiegħek ma tasalx, jekk jogħġbok għarraf minnufih lil xi ħadd mill-istaff jew rappreżentanti tagħna. Normalment, id-desk għas-Servizzi tal-Bagalji ssibu fiż-Żona tal-Ġbir tal-Bagalji tas-Sala tal-Wasliet. Ikun jeħtieġlek tippreżenta l-biljett tat-titjira tiegħek u l-irċevuta tal-bagalji li tkun ngħatatlek fiċ-check-in. Għandu jimtela minnufih ir-Rapport dwar l-Irregolarità tal-Proprjetà (PIR) u mbagħad aħna nibdew il-proċess biex nittraċċaw il-bagalja nieqsa tiegħek. Jekk l-irċevuta proprja tal-bagalja ma tkunx preżentata lilna, aħna ma nkunux responsabbli għal kwalunkwe bagalja nieqsa. Madankollu, aħna ninfurmaw bil-kwistjoni lill-ajruport li minnu tkun tlaqt.
- Mal-wasla: Hekk kif timla l-PIR fiż-żona tal-Ġbir tal-Bagalji, l-istaff tagħna jibgħat Traċċatur Primarju (Primary Tracer) fil-punt tal-oriġini tat-titjira. Jekk il-bagalja tkun traċċata minnufih, din tintbagħat mat-titjira disponibbli li jkun imiss u jsir arranġament biex tiġborha b’mod skedat jew biex din titwassal lilek.
- L-ewwel 5 ijiem: Jekk il-bagalja ma tkunx traċċata mal-wasla tiegħek matul il-5 ijiem ta’ wara, aħna nkomplu nfittxu biex insibu l-bagalja mitlufa tiegħek. Jekk il-bagalja tiġi traċċata, inti tkun notifikat kif meħtieġ u jsir arranġament biex tiġbor il-bagalja b’mod skedat jew biex din titwassal lilek. Id-domandi rigward it-Traċċar Primarju (Primary Tracing) fl-ewwel 5 ijiem għandhom jintbagħtu lil [email protected] jew +356 2369 6136 (miftuħin bejn id-09:00 ta’ filgħodu u d-21:00 ta’ filgħaxija CET).
- Bejn 6 ijiem u 21 jum: Jekk il-bagalja ma tkunx traċċata f’5 ijiem, jintbagħat it-Tieni Traċċatur (Second Tracer). Jekk il-bagalja mbagħad tkun traċċata, din tintbagħat mat-titjira disponibbli li jkun imiss u jsir arranġament biex tiġborha b’mod skedat jew biex titwassal lilek.K walunkwe domanda rigward it-Traċċar Sekondarju (Secondary Tracing) tista’ tintbagħat lil [email protected].
- Wara 21 jum: Fil-każ li bagalja tibqa’ ma tinstabx wara 21 jum, din tiġi kkunsidrata b’mitlufa, u inti tkun tista’ ddaħħal it-talba tiegħek, hawn.
Jekk għandek assigurazzjoni personali għall-ivvjaġġar, aħna nirrakkomandaw li l-ewwel tikkuntattja lill-assiguratur tiegħek, f’każ li inti kopert f’sitwazzjonijiet tali. Huwa importanti li tkun konxju li r-responsabbiltà tagħna għal bagalji mitlufa, ittardjati, jew imkissra taf tkun limitata mill-konvenzjonijiet internazzjonali sakemm ma jkunx iddikjarat valur ogħla bil-quddiem bil-ħlasijiet addizzjonali mħallsa.
Biex tiżgura li l-bagalja tiegħek tispikka u tkun identifikata faċilment, nirrakkomandawlek bis-sħiħ li żżid it-tabella personali tiegħek mal-bagalja. Dan il-pass sempliċi jkun partikolarment ta’ valur fil-każ li l-biljett taċ-check-in jitqatta’ matul il-ġarr. Li tippersonalizza l-bagalja tiegħek iwassal biex din tkun traċċabbli u jgħin lilna nipprovdulek l-aqwa servizz possibbli biex issib il-bagalja tiegħek.
Il-bagalja tiegħek għandu mnejn ikollha marki kkawżati mill-użu, riżultat tal-immaniġġjar tal-bagalji. Il-KM Malta Airlines ma tassumix ir-responsabbiltà għall-marki kkawżati lill-bagalja minħabba l-użu, li jinkludu iżda mhux biss, grif żgħir, brix, żippijiet maqtugħin, tbajja’, u għafsiet, jew ħsara f’partijiet li jesporġu bħal mankijiet, roti, tabelli, u ċineg.
Jekk jogħġbok kun af li m’aħniex responsabbli għal ħsarat li jiġru għax tkun għabbejt il-bagalja tiegħek iżżejjed. Biex tiżgura l-aqwa esperjenza ta’ vjaġġar, nirrakkomandawlek li tuża bagalja ta’ kwalità xierqa u li sservi hekk li tkun tiflaħ għall-proċessi tal-immaniġġjar tal-bagalji.
Jekk il-bagalja tiegħek tasal bil-ħsara, jekk jogħġbok avża minnufih lil xi ħadd mill-istaff jew rappreżentanti tagħna. Normalment, id-desk għas-Servizzi tal-Bagalji ssibu fiż-żona tal-Ġbir tal-Bagalji tas-Sala tal-Wasliet. Ikun jeħtieġlek tippreżenta l-biljett tat-titjira tiegħek u l-irċevuta tal-bagalja li tkun ngħatatlek fiċ-check-in. Għandu jimtela minnufih ir-Rapport dwar l-Irregolarità tal-Proprjetà (PIR) u ddaħħal it-talba tiegħek hawn fi żmien 7 ijiem mill-wasla.
Kun żgur li jkollok il-prova li l-ħsara seħħet waqt li l-bagalja kienet taħt il-ħarsien tagħna, flimkien mal-irċevuta proprja tal-bagalja.
Għal vjaġġ iktar trankwill, agħżel bagalja b’saħħitha u ppakkja bil-għaqal.
Jekk ikollok xi mistoqsijiet, kun liberu li tikkuntattjana għal iktar informazzjoni.
Biex tivvjaġġa bla skariġġ żejjed, meta ssiefer magħna u jkollok titjira ta' konnessjoni ma' linja tal-ajru oħra, tista' tgħaddi l-bagalja miċ-check-in darba biss sad-destinazzjoni finali. Biex tieħu vantaġġ minn dan is-servizz:
-
Aċċerta li għandek riserva kkonfermata għaż-żewġ waqfiet tal-vjaġġ tiegħek fuq l-istess biljett.
-
It-traġitt tiegħek jinvolvi waqfa waqt li qed tivvjaġġa fi tranżitu.
-
Ikkonferma li aħna għandna ftehim tal-immaniġġjar tal-bagalji mat-tieni linja tal-ajru li qed tivvjaġġa magħha.
Jekk ikollok xi mistoqsijiet, kun liberu li tistaqsi lill-istaff jew lir-rappreżentanti tagħna fl-ajruport, jew ikkuntattjana għal iktar informazzjoni.
Qabel ma tinżel mill-ajruplan, l-ekwipaġġ tagħna jfakkrek biex tiċċekkja ġbartx ħwejġek kollha. Madankollu, jekk tintebaħ li xi ħaġa hija nieqsa, għandek tikkuntattja minnufih lil rappreżentant tal-KM Malta Airlines fis-Sala tal-Wasliet u tirrapporta l-oġġett mitluf. Ikun jeħtieġlek tipprovdi n-numru tat-titjira u tal-post tiegħek, kif ukoll deskrizzjoni tal-oġġett mitluf.
Żomm f’moħħok li iktar kemm tagħmel dan kmieni, ikbar tkun il-possibbiltà li ssib faċilment l-oġġett mitluf tiegħek minħabba li l-ajruplan jitnaddaf hekk kif inti tinżel minn fuqu u jkun jeħtieġ li jitħejja għal vjaġġ ieħor.
Jekk tintebaħ li nsejt xi ħaġa abbord wara li tkun tlaqt mill-ajruport, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Uffiċċju għas-Servizzi tal-Bagalji f’Malta fuq +356 2369 6136 jew billi tibgħat email fuq [email protected], li jagħmlu mill-aħjar biex isibu l-oġġett tiegħek, u jikkuntattjawk lura jekk dan jinstab. L-uffiċċju jkun miftuħ kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd bejn id-09:00 ta’ filgħodu u d-21:00 ta’ filgħaxija.