Kulma tixtieq tkun taf.

Idħol għal avventuri mal-familja jew ibgħat lil uliedek waħidhom b'moħħok mistrieħ. L-impenn tagħna għas-sikurezza, il-kumdità, u daqsxejn divertiment jiżgura esperjenza ta’ vjaġġ sigur u pjaċevoli. Afdana biex inwassluk fid-destinazzjoni tiegħek.

Tivvjaġġa bit-Tfal/Trabi

Minuri mhux akkumpanjati


Tivvjaġġa bit-Tfal u/jew bit-Trabi

Aħna nagħmlu l-aħjar tagħna biex noħolqu titjiriet pjaċevoli għall-adulti u l-familja li jivvjaġġaw bit-tfal. It-tfal li għandhom bejn sentejn (2) u 11-il sena u 11-il xahar jew iżgħar jitqiesu bħala “tfal”, filwaqt li t-trabi tat-twelid sa sena (1) u 11-il xahar jitqiesu bħala “trabi”.

It-tfal u t-trabi intitolati għall-istess piż tat-tagħbija permess bħall-adulti, ibbażat fuq it-tip ta’ biljett mixtri. Ara l-kundizzjonijiet kollha tan-nolijiet hawn.

Ir-Regolament fuq id-Diviżjoni tat-Tagħbija: Mhux permess li t-tagħbija tinqasam bejn il-passiġġieri li jkunu qed jivvjaġġaw lejn l-istess destinazzjoni finali fl-istess rotta.

Ir-Regolament fuq il-Buggy (Pram, Pushchair, Stroller): Buggy li tingħalaq tinġarr bla ħlas ta’ xejn fuq it-titjiriet kollha operati mill-KM Malta Airlines. Hekk kif tasal ħdejn it-taraġ tal-ajruplan, din tittieħed biex tintrefa’ fl-istiva tal-ajruplan u titwassal mal-bagalja tiegħek mal-wasla fid-destinazzjoni tiegħek.

Ix-Xiri ta’ Post Ieħor għat-Trabi: Għal iktar kumdità matul il-vjaġġ tiegħek, inti tista’ tħallas għal post ieħor għat-tarbija tiegħek filwaqt li tuża l-car seat tiegħek personali u approvat. Jekk jogħġbok kun af li l-KM Malta Airlines ma tipprovdix car seats, u huwa l-adult li jkun qed jakkumpanja lit-tarbija dak responsabbli li jġib wieħed miegħu, ġaladarba t-tarbija tkun teħtieġ tivvjaġġa f’pultruna separata. Jekk jinxtara post ieħor, inti tkun intitolat ukoll li ġġib miegħek kemm buggy li tingħalaq kif ukoll car seat b’xejn. Sabiex tixtri post addizzjonali għat-tarbija tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Appoġġ tal-Klijent tagħna.

Il-Kriterji tal-Car Seat: Sabiex car seat ikun aċċettabbli, għandhom ikunu segwiti l-kriterji li ġejjin. Din l-informazzjoni hija normalment disponibbli fil-manwal għall-utent maħruġ mill-manifattur jew fuq is-sit elettroniku tiegħu:

  1. Iċċertifikat skont l-Ordni ta’ Standard Tekniku Ewropew ETSO-C100c (Technical Standard Order) dwar it-Tagħmir għas-Sigurtà tat-Tfal fl-Avjazzjoni (Aviation Child Safety Device (ACSD)); JEW
  2. Approvat mill-EASA permezz ta’ Ċertifikat tat-Tip (TC) jew Ċertifikat tat-Tip Supplimentari (STC); JEW
  3. Li jkun skont l-istandard tekniku speċifikati hawn taħt:
    • UN Standard ECE R44-04 (jew 03), jew ECE R129 hekk li jkollu t-tabella rispettiva, ‘ECE R’; U 
    • l-hekk imsejħa, ‘Qualification Procedure for Child Restraint Systems for Use in Aircraft’ Ġermaniża (TÜV/958-01/2001) billi jkollu t-tabella ‘For Use in Aircraft’
  4. Iċċertifikat skont is-CMVSS 213/213.1 Kanadiża billi jkollu t-tabella rispettiva; JEW
  5. Iċċertifikat skont l-FMVSS No 213 tal-Istati Uniti (US) u jkollu tabella jew tnejn li juru dawn iż-żewġ sentenzi li ġejjin:
    • 'THIS CHILD RESTRAINT SYSTEM CONFORMS TO ALL APPLICABLE FEDERAL MOTOR VEHICLE SAFETY STANDARDS’; U 
    • b’ittri ħomor ‘THIS RESTRAINT IS CERTIFIED FOR USE IN MOTOR VEHICLES AND AIRCRAFT’; JEW
  6. Iċċertifikat skont l-istandard tekniku Awstraljan/New Zealandiż AS/NZS 1754:2013 billi jkollu l-parti l-ħadra fuq it-tabella li turi ‘For Use in Aircraft’.

DETTALJI DWAR IL-PREZZIJIET TAL-BILJETTI TAT-TRABI

  • It-trabi li jivvjaġġaw bin-nol tat-trabi (bla post) għandhom ikunu taħt is-sentejn (2) tul il-vjaġġ kollu (jiġifieri, id-data tat-tluq tat-titjiriet kollha trid tkun skont il-validità tal-biljett).
  • Tarbija li tagħlaq it-tieni sena tagħha qabel it-titjira tar-ritorn, f’dik it-titjira tkun klassifikata bħala “tfal”.
  • Il-bukings tal-biljetti f’każijiet tali għandhom isiru permezz tal-Appoġġ tal-Klijent, tal-Uffiċċju għall-Bejgħ fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, jew permezz tal-aġent tal-ivvjaġġar tagħkom. Jekk jogħġobkom kunu afu li f’każijiet tali l-bukings online mhumiex possibbli.

Għal iktar assistenza, kunu liberi li tikkuntattjawna.


Minuri mhux Akkumpanjati

Is-servizz tagħna tal-Minuri mhux Akkumpanjati (UM) hu maħsub biex jipprovdi esperjenza sigura u pjaċevoli għat-tfal li jivvjaġġaw waħedhom fuq it-titjiriet diretti operati mill-KM Malta Airlines. It-tfal li għandhom minn 7 sa 11-il sena u 11-il xahar (li għadhom ma għalqux l-età ta’ 12-il sena) li mhumiex akkumpanjati minn passiġġier-gwardjan ta’ 16-il sena jew ikbar, jitqiesu bħala “minuri mhux akkumpanjati”.

Dan is-servizz huwa offrut lil kull passiġġier li ma jkunx akkumpanjat u li għandu l-età ta’ bejn it-12 u s-16-il sena. Jekk jogħġbok kun af li ma nistgħux noffru dan is-servizz lill-passiġġieri li jkunu qed jivvjaġġaw fuq titjiriet konnessi jew titjiriet operati minn linji tal-ajru oħra.

L-adult li jakkumpanja fl-ajruport li minnu jsir it-tluq għandu jibqa’ fl-ajruport sakemm fil-fatt titlaq it-titjira. Fil-każ ta’ dewmien fit-tul, il-UM jintbagħat lura għall-ħarsien tal-adult li jkun akkumpanjah sa ma jsir il-ħin li t-titjira tkun lesta biex titlaq mill-ġdid.

Aħna nagħtu l-ogħla importanza lis-sigurtà tat-tfal tiegħek u nimpenjaw ruħna bis-sħiħ biex inkunu responsabbli għas-sigurtà tal-għeżież tagħkom meta dawn jivvjaġġaw waħedhom mill-mument li t-tfal jaslu għandna u jkunu taħt il-ħarsien tagħna sa ma jgħaddu għand l-iskorta awtorizzata fid-destinazzjoni.

. . . 

Nota importanti għall-passiġġieri li jkunu se jitilqu lejn/mill-Italja: Is-servizz tal-minuri mhux akkumpanjati huwa obbligatorju għaċ-ċittadini Taljani li jivvjaġġaw bla ma jkunu akkumpanjati u li għalqu s-7 snin tagħhom iżda mhux l-14-il sena. Is-servizz huwa offrut b’għażla lil kull passiġġier li għandu l-età ta’ 14-il sena u iktar. Barra minn hekk, dawk il-UM li għandhom passaport Taljan u li għadhom ma għalqux l-14-il sena tagħhom u jivvjaġġaw bla ma jkunu akkumpanjati lejn/minn/ġewwa l-Italja, inkluża Sqallija, jeħtiġilhom jiksbu, apparti r-regolament tal-KM Malta Airlines, id-Dichiarazione Di Accompagnamento (l-Istqarrija tal-Akkumpanjament), iffirmata miż-żewġ ġenituri/gwardjani u awtorizzata mill-pulizija Taljana qabel it-tluq. Tista' timla din il-formola minn hawn:  https://passaportonline.poliziadistato.it/.

. . . 

Hawn għandek kulma tixtieq tkun taf dwar is-servizz tagħna tal-Minuri mhux Akkumpanjati (UM):

Niżżel il-formola tal-UM u stampaha. Imla d-dettalji u mbagħad ibgħatha fuq  [email protected]. Il-formola għandha tasal għandna għall-inqas 48 siegħa qabel tluq it-titjira tiegħek.

TARIFFI

Mal-buking, tittieħed tariffa ta’ €80 għas-servizz, li mhix rimborsabbli u mhix trasferibbli, għal kull minuri mhux akkumpanjat u għal kull titjira. L-offerti speċjali fuq in-nolijiet ma jgħoddux għall-minuri mhux akkumpanjati.

IMBARKAZZJONI

Għall-proċedura tal-imbarkazzjoni, aħna nipprovdu s-servizz imsejjaħ ‘Meet and Assist’ għall-minuri mhux akkumpanjati. Wieħed mill-uffiċjali tagħna jkun preżenti biex jakkumpanja lit-tfal biex jgħaddu mill-formalitajiet tal-kontroll tas-sigurtà u l-passaport. Inkomplu nieħdu ħsieb lit-tfal fis-Sala tat-Tluq sa ma jiġu skortati lejn l-ajruplan u jgħaddu personalment għall-ħarsien tal-kap tal-kabina.

WAQT IT-TITJIRA 

Matul it-titjira, il-membri tal-ekwipaġġ jiżguraw il-ħarsien tat-tfal tiegħek u joffru l-assistenza kif meħtieġ bl-ikel u x-xorb (għall-ispejjeż tiegħek). Jiżguraw ukoll li wliedek jibqgħu komdi għalkollox matul il-vjaġġ, li jkunu nodfa u puliti mal-wasla, u li l-affarijiet personali jkunu nġabru qabel jinżlu mill-ajruplan.

FIL-WASLA

Mal-wasla fid-destinazzjoni, il-membru tal-kabina maħtur (tipikament il-kap tal-kabina), jgħaddi lit-tfal lil uffiċjal tal-KM Malta Airlines li jkun qed jistenniehom, u li mbagħad jassisti lill-minuri bil-ġbir tal-bagalji u l-bqija tal-proċeduri tal-ajruport u l-formalitajiet tal-immigrazzjoni ġaladarba dan ikun meħtieġ. It-tfal ikunu mbagħad mgħoddija personalment lill-adult-gwardjan li jkun qed jistenniehom u li mbagħad jiffirma rċevuta.

Għal iktar dettalji, ikkuntattjana fuq [email protected]