Skopri iżjed dwar il-bagalji li tista' ssiefer bihom magħna. Aqra din it-taqsima kollha sal-aħħar.

It-tagħbija intitolata għal kull nol

Economy Basic
Basket żgħir (fil-kabina) check
Bagalja tal-idejn (fil kabina) close
Bagalja fl-istiva close
Economy Value
Basket żgħir (fil-kabina) check
Bagalja tal-idejn (fil kabina) close
Bagalja fl-istiva 10kg
Economy Plus
Basket żgħir (fil-kabina) check
Bagalja tal-idejn (fil kabina) 10kg
Bagalja fl-istiva 20kg
Economy Flex
Basket żgħir (fil-kabina) check
Bagalja tal-idejn (fil kabina) 10kg
Bagalja fl-istiva 20kg

Business Basic
Basket żgħir (fil-kabina) check
Bagalja tal-idejn (fil kabina) 10kg
Bagalja fl-istiva close
Business Value
Basket żgħir (fil-kabina) check
Bagalja tal-idejn (fil kabina) 10kg
Bagalja fl-istiva 20kg
Business Plus
Basket żgħir (fil-kabina) check
Bagalja tal-idejn (fil kabina) 10kg
Bagalja fl-istiva 32kg
Business Flex
Basket żgħir (fil-kabina) check
Bagalja tal-idejn (fil kabina) 2x8kg
Bagalja fl-istiva 2x32KG
Ara l-kundizzjonijiet kollha tan-nolijiet hawn.

ĦU NOTA.


  • Il-bagalji li jiżnu iktar mil-limitu intitolat ikunu kkunsidrati bħala tagħbija żejda, u b’hekk tintalab tħallas għall-piż żejjed ta' ġo fiha maċ-check-in. 
  • Bagalja li tiżen aktar minn 32KG ma tistax tinġarr bl-ajruplan u titqies merkanzija jew il-kontenut tagħha jitqassam f'basktijiet separati.
  • Il-bagalji tiegħek jista’ jkollhom marki kkawżati mill-użu, riżultat tal-immaniġġjar tal-bagalji. Għalhekk, navżawk biex tuża bagalji ta’ kwalità u li jservu biex ikunu jifilħu għall-proċessi tal-ġarr. Aqra iktar dwar il-proċeduri tagħna għall-Bagalji bil-Ħsara.
  • It-tqassim tat-tagħbija f’bagalji oħra mhux permess.
  • Tista’ tixtri online sa 10 basktijiet li jitqiegħdu fl-istiva kemm matul il-proċess tal-buking jew iktar tard permezz tas-sezzjoni, “Immaniġġja l-Buking Tiegħi”. Iktar basktijiet li jaqbżu dan il-limitu jistgħu jinxtraw biss permezz tat-tim tagħna għas-Servizz tal-Klijent.

 

INFORMAZZJONI OĦRA

Ninfurmawk li l-oġġetti li ġejjin ma jistgħux jinġarru fil-bagalja li ma ttellax miegħek fuq l-ajruplan:

  • L-oġġetti li ma għandhomx  jinġarru fil-bagalja mqiegħda fl-istiva, inklużi oġġetti fraġli, dgħajfa, li jitfarrku/jitkissru, delikati jew li jitħassru, flus, ġojjelli, metalli prezzjużi, kompjuters, tagħmir elettroniku personali, mobiles, kameras, nuċċalijiet, apparati ottiċi, kambjali, titoli finanzjarji u oġġetti oħra ta’ valur bħal pitturi, manuskritti, pubblikazzjonijiet kif ukoll dokumenti, inklużi dokumenti tan-negozju u kampjuni kummerċjali, passaporti jew dokumenti oħra ta’ identifikazzjoni, mediċini u ċwievet kif ukoll dannu kkawżat mit-tqegħid fil-bagalji tal-oġġetti msemmija hawn fuq. Dawn it-tali oġġetti għandhom jinġarru fil-bagalja tal-kabina u fir-responsabbiltà tal-passiġġier.

  • Il-KM Malta Airlines mhijiex responsabbli għat-telfien ta’ xi ħaġa minn dawk l-oġġetti. Agħfas hawn biex tara iktar informazzjoni relatata mal-Kundizzjonijiet tal-Ġarr.

Biex tiskopri dwar it-termini u l-kundizzjonijiet li japplikaw għat-tagħbija f’titjiriet b’codeshare operati minn linji tal-ajru msieħba, jekk jogħġbok ara s-siti elettroniċi rispettivi tagħhom. Għal iktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Appoġġ tal-Klijent tagħna.

 

Proċeduri tal-bagalji għal titjiriet mill-Istati Uniti tal-Amerka (USA) jew lejhom

Meta tkun qed tipprepara l-bagalja li ma ttellax miegħek fuq l-ajruplan għal safra lejn l-Amerka, ftakar biex tagħti daqqa t'għajn lir-restrizzjonijiet tat-TSA (US Transportation Security Administration) b'rabta mal-katnazzi. Xi oġġetti, bħall-materjali li jaqbdu, huma pprojbiti minn dawn it-titjiriet, kemm fuq l-ajruplan u kemm fil-bagalji li ma ttellax miegħek fil-kabina. Għal tagħrif ieħor, idħol fis-sit tat-TSA jew ikkuntattja t-Taqsima tal-Klijenti tagħna fuq +356 2135 6000.

Teħtieġ iżżid iktar tagħbija?
Żid issa

Ir-Restrizzjonijiet tal-Bagalji

Biex tiżgura l-protezzjoni u s-sigurtà tal-passiġġieri kollha u tal-ekwipaġġ, iffamiljarizza ruħek mar-restrizzjonijiet tagħna dwar il-bagalji.

Bagalji Mitlufa, li Jaslu Tard, jew bil-Ħsara

F'xi każi rari, jistgħu jinqalgħu xi diffikultajiet li jwasslu biex tintilef jew iddum ma tasal xi bagalja.

Tivvjaġġa bl-Annimali

Skopri d-dettalji kollha dwar l-ivvjaġġar bl-annimali għal avventura ferriħija. Ara l-konċessjonijiet tagħna dwar l-annimali.

Vjaġġaturi Żgħar

Ħejji għal vjaġġ trankwill maż-żgħar tiegħek. Skopri iktar dwar il-konċessjonijiet tagħna fuq il-bagalji għat-tfal/trabi għal ġita bla taħbit.