Kun af kemm int intitolat tgħabbi fil-kabina meta tivvjaġġa magħna. Jekk jogħġbok aqra kollox sal-aħħar biex tifhem aħjar.
Dettalji tal-Qies u l-Piż
Basket Żgħir
Fejn jintrefa’? Taħt is-seat
Qies Massimu: 40ċm x 34ċm x 18ċm
Bagalja tal-Idejn/Kabina
Fejn tintrefa’? Fil-kompartiment ’il fuq minn rasek
Qies Massimu: 55ċm x 40ċm x 25ċm
Piż Massimu: 10kg*
*Dawk bil-biljett tal-Business Flex intitolati għal żewġ bagalji tal-idejn ta’ 8kg il-waħda.
Il-bagalji tat-tipi differenti ta' biljetti
Economy Basic
Basket żgħir (fil-kabina) |
|
Bagalja tal-idejn (fil kabina) |
|
Bagalja fl-istiva |
|
Economy Value
Basket żgħir (fil-kabina) |
|
Bagalja tal-idejn (fil kabina) |
|
Bagalja fl-istiva |
10KG
|
Economy Plus
Basket żgħir (fil-kabina) |
|
Bagalja tal-idejn (fil kabina) |
10kg
|
Bagalja fl-istiva |
20kg
|
Economy Flex
Basket żgħir (fil-kabina) |
|
Bagalja tal-idejn (fil kabina) |
10kg
|
Bagalja fl-istiva |
20kg
|
Business Basic
Basket żgħir (fil-kabina) |
|
Bagalja tal-idejn (fil kabina) |
10kg
|
Bagalja fl-istiva |
|
Business Value
Basket żgħir (fil-kabina) |
|
Bagalja tal-idejn (fil kabina) |
10kg
|
Bagalja fl-istiva |
20kg
|
Business Plus
Basket żgħir (fil-kabina) |
|
Bagalja tal-idejn (fil kabina) |
10kg
|
Bagalja fl-istiva |
32kg
|
Business Flex
Basket żgħir (fil-kabina) |
|
Bagalja tal-idejn (fil kabina) |
2x8kg
|
Bagalja fl-istiva |
2x32kg
|
Ara l-Kundizzjonijiet tat-Tariffi minn hawn.
ĦU NOTA:
- L-oġġetti kollha żejda bħall-ġkieket, umbrelel żgħar, laptops/tablets, kartieri/portmonijiet, kameras żgħar, jew oġġetti mixtrija mill-ajruport, għandhom jinġarru fil-basket iż-żgħir tiegħek jew fil-bagalja li ttella' miegħek fuq l-ajruplan.
- Kwalunkwe oġġett żejjed mhux inkluż fil-biljett li tkun qtajt jew mhux ibbukkjat u mixtri online minn qabel, ikun suġġett għal tariffa fiċ-check-in jew mal-bieb tat-tluq.
- Jekk il-bagalja tal-kabina tkun itqal jew ikbar minn kemm suppost u ma tkunx tista’ tintrefa’ fil-kompartament ta' fuq rasek jew għal xi raġuni titqies ta' periklu mill-impjegati tagħna, ikun jeħtieġ li titgħabba fl-istiva u jkun meħtieġ titħallas tariffa. Sib aktar dwar it-tariffi tagħna minn hawn.
- Jekk il-bagalja tal-kabina tiegħek tkun skont il-limiti permessi iżda ma jkunx hemm biżżejjed spazju fil-kompartamenti ta' fuq ras il-passiġġieri, tintalab tibgħatha mal-bqija tal-bagalji u ma tħallas XEJN. Din il-proċedura ssir fil-ħin tal-imbarkazzjoni fuq l-ajruplan. Inti mbagħad tingħata biljett għall-bagalja, ma tintalabx flus, u tkun tista' tiġbor il-bagalja mal-bqija tal-bagalji mill-ajruport li tinżlu fih.
- Il-passiġġieri li jkollhom jibagħtu l-bagalja tagħhom għax ma tkunx tista' toqgħod fuq l-ajruplan, jintalbu jneħħu minnha l-oġġetti ta' valur, kwalunkwe mediċina importanti, xi batteriji u sigaretti elettroniċi li jista' jkollhom, u kwalunkwe ħaġa oħra li jistgħu jiġu bżonnha matul it-titjira. Għal raġunijiet ta' sigurtà, mitlubin jagħlquha wkoll b'katnazz qabel jgħadduha biex titqiegħed mal-bqija tal-bagalji.
INFORMAZZJONI OĦRA
Aħna ninfurmawk li dawn l-oġġetti jistgħu jinġarru fil-basket personali tiegħek fil-kabina:
- Likwidi f'kontenituri ta' 100ml l-wieħed. Dawn il-kontenituri għandhom jitqiegħdu f'borża trasparenti tal-plastik li tingħalaq, u li tesa' sa litru. Kull passiġġier jista' jġorr borża waħda minn dawn issiġillata u għandu jgħaddiha għaliha mill-proċedura tas-sigurtà għall-eżaminazzjoni.
- Likwidi meħtieġa għal skopijiet mediċi, tad-dieta, jew ikel tat-trabi. Tista' tintalab tagħti prova li dawn il-likwidi verament teħtieġhom waqt it-titjira. Il-passiġġieri b'kundizzjonijiet kroniċi li jeħtieġu mediċini partikolari jridu jipprovdu ċertifikat mediku abbinat magħhom.
- Prodotti mixtrija mill-ajruport. Dawn għandhom jinżammu fil-basket speċjali ssiġillat li jagħtuk tal-ħwienet stess. Jekk jogħġbok tiftħux qabel ma tgħaddi mill-proċedura formali tas-sigurtà għax l-oġġetti jistgħu jitteħdulek u jiġu kkonfiskati. Tajjeb tkun taf li dawn il-likwidi huma apparti mill-kwantitajiet tal-likwidi l-oħra inklużi fil-basket issiġillat (imsemmi qabel).
L-impjegati tas-sigurtà obbligati biex jitolbuk tarmi kwalunkwe likwidu li mhuwiex konformi mat-termini speċifikati mir-Regolament Ewropew. Dawn il-prodotti mbagħad jittieħdu għar-riċiklar
Għat-termini u l-kundizzjonijiet li jgħoddu għall-bagalji tat-titjiriet bi ftehim ta' codeshare, operati mil-linji tal-ajru msieħba magħna, ara s-siti tagħhom. Għal tagħrif ieħor, ikkuntattja t-Taqsima tal-Klijenti tagħna.

Ir-Restrizzjonijiet tal-Bagalji
Biex niżguraw is-sigurtà u s-sikurezza tal-passiġġieri u l-ekwipaġġ kollu, iffamiljarizza ruħek mal-informazzjoni tagħna fuq ir-Restrizzjonijiet tat-Tagħbija u l-Oġġetti Pprojbiti.

Siefer bit-Tfal/Trabi
Ħejji ruħek għal titjira bla skossi maż-żgħar tiegħek. Aqra aktar fuq il-bagalji u l-proċeduri marbutin mat-tfal u t-trabi.

Ivvjaġġa bl-Annimali
Skopri l-irqaqat ta’ meta tivvjaġġa bl-annimali għal avventura sodisfaċenti. Iċċekkja l-possibbiltajiet tagħna tant komdi għall-annimal tiegħek.