Ħu l-mistrieħ li jixraqlek
Ieqaf ftit biex tistrieħ u biex tiġi f’tiegħek qabel il-vjaġġ billi tirrilassa bil-kumdità kollha fis-swali tal-ajruport. Kemm jekk tippreferi tieħu xi xarba friska, tiggosta t-togħma ta’ ikla bnina, taġġorna ruħek fuq l-aħħar aħbarijiet, jew tiffoka fuq ix-xogħol bil-laptop tiegħek, is-swali tal-ajruport jipprovdu atmosfera trankwilla u akkoljenti li fihom tista’ tirrilassa b’mod sofistikat, tikseb mill-ġdid l-enerġija tiegħek, u tieħu kemm tista’ minn din l-esperjenza qabel it-titjira tiegħek.
Nistiednu lil dawk bil-biljett tal-Business Plus u Business Flex biex igawdu b’xejn l-aċċess tas-swali tal-ajruport.
FL-AJRUPORT INTERNAZZJONALI TA’ MALTA
La Valette Club jagħmillek ħinek speċjali fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Is-sala li minnha tagħmel it-tluq tiegħek toffrilek ambjent kwiet b’veduti mill-isbaħ. Tista’ tirrilassa fit-terrazza, tgawdi mix-xarbiet u t-tnaqqir Malti filwaqt li tkun servut mal-mejda tiegħek.
Din is-sala għandha l-faċilitajiet għan-negozju bħall-ipprintjar u rkejjen għax-xogħol għal dawk li jogħġobhom jibqgħu produttivi.
FL-AJRUPORTI TAD-DESTINAZZJONIJIET TAGĦNA
Nistiednu lill-passiġġieri li għandhom l-aċċess għas-swali biex bil-biljett tagħhom igawdu mis-swali li ġejjin f'dawn l-ajruporti internazzjonali:
Ajruport | Is-Swali |
---|---|
Amsterdam Schiphol |
Aspire Lounge
|
Berlin |
Templehof + Tegel
|
Brussels |
Brussels Airlines
|
Dusseldorf |
Hugo Junker Lounge
|
London Heathrow |
Gulf Lounge
|
London Gatwick |
No.1 Traveller
|
Lyon |
Onfluence or Mont Blanc
|
Madrid |
Aena
|
Milan Linate |
Sala Leonardo (SEA)
|
Munich |
LH (MUC T2)
|
Paris Charles de Gaulle |
Paris Lounge Network – Extime Lounge
|
Paris Orly |
Air France
|
Prague |
Erste Premier
|
Rome Fiumicino |
Prima Vista Lounge
|
Vienna |
Vienna Intl Airport
|
Zurich |
Marhaba Lounge
|