Tgħaqqad il-Gżejjer Maltin mal-Ewropa u lil hinn
18-il destinazzjoni
280 titjira fil-ġimgħa
8 ajruplani
KM Malta Airlines Ltd. hija l-linja tal-ajru l-ġdida tal-Gżejjer Maltin li wettqet l-ewwel titjira tagħha fil-31 ta' Marzu 2024.
Aħna twaqqafna biex inħarsu u nqawwu l-konnettivita' tal-Gżejjer Maltin mal-Ewropa u lil hinn, biex nappoġġjaw l-iżvilupp ekonomiku kontinwu ta' gżiritna u biex nikbru f'linja tal-ajru ta' suċċess u sostenibbli.
Aħna se naddottaw atitudni ewlenija ta' destinazzjoni Ewropea, li torbot lil Malta mal-bliet kapitali ewlenin fl-Ewropa tal-Punent, maċ-ċentri tal-ajruporti primarji Ewropej, u li tgħaqqadna mal-imsieħba linji tal-ajru.
Il-Viżjoni, l-Ambizzjoni u l-Mandat tagħna
Aħna l-linja nazzjonali tal-Gżejjer Maltin li tipprovdi konnettività stabbli, regulari u matul is-sena kollha lejn l-Ewropa u lil hinn.
Aħna ntiru lejn 18-il ċentru maġġuri ghall-passiġġieri u l-merkanzija fi 15-il belt Ewropea ewlenija u nissieħbu mal-linji tal-ajru ikbar permezz tal-codeshare u l-ftehim interlinji.
Aħna m'aħniex linja tal-ajru low-cost.
Aħna linja tal-ajru Ewropea b'qadi sħiħ li hu sigur u rispettuż, li toffri servizz dħuli u li jieħu ħsieb lill-passiġġieri kollha tagħna ta' valur.
Aħna impenjati biex inkunu negozju ta' suċċess u sostenibbli.
Aħna nħaddmu kultura tolleranti u inklussiva fuq il-post tax-xogħol u rrawmu forza li hi impenjata b’sostenibbiltà bħala prijorità.
Il-Flotta Tagħna

Aħna noperaw flotta żgħira ta’ tip wieħed ta’ ajruplani bi 8 Airbus 320NEO, b’konfigurazzjoni ta’ żewġ klassijiet b’kabina flessibbli għall-klassi Economy b’medja ta’ 168 post totali għall-bejgħ u sa 36 post fil-klassi Business. Dawn l-ajruplani moderni b’effiċenza fil-fjuwil joffru ekonomiji superjuri fl-operat u osservanza ambjentali aħjar b’emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju mnaqqsa għal kull passiġġier u inqas tniġġis mill-istorbju.
Il-flotta tagħna tirrappreżenta l-impenn tagħna biex inkunu linja tal-ajru sostenibbli u biex nilħqu l-miri ta’ sostenibbiltà tagħna.
Il-Mappa tar-Rotta Tagħna
